Uffiċjali Tal-Pulizija Għenu Anzjana Li Sfat Barra Waħedha Wara Li Waqfitilha L-Karozza

Fuq il-paġna The Malta Police Force ġie mxerred messaġġ li ntbagħat lill-korp tal-Pulizija bħala ringrazzjament għal żewġ uffiċjali li offrew l-għajnuna tagħhom għal anzjana li sabet diffikultà bil-vettura tagħha.

“Bil-kalma stednuha tidħol fil-vettura bl-arja kkundizzjonata tagħhom, aċċertaw li kienet komda, żammewlha kumpanija, u baqgħu magħha sakemm wasal it-trakk tat-towing – madwar 75 minuta wara. Il-professjonaliżmu u l-ġentilezza tagħhom għamlu differenza enormi f’mument stressanti,” kitbet persuna li tiġi mill-anzjana.

Grazzi u Prosit lill-Pulizija għall-kompassjoni u d-dedikazzjoni li juru f’sitwazzjonijiet bħal dawn!





Facebook/ The Malta Police Force



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI