Il-Parroċċa Tal-Balluta Tinsab Imnikkta Bit-Telfa Ta' Patri Victor Enriquez

Ftit tal-ħin ilu fuq il-paġna ta’ Facebook Madonna tal-Karmnu Balluta, ġiet imħabbra l-mewt ta’ Patri Victor Enriquez li għal tant u tant snin, kien ivolut b’mod attiv f’din il-parroċċa. Ħafna żgur jiftakru lill-Patri Victor għall-karattru mill-aqwa li kellu. Min jaf kemm żewweġ koppji, għammed trabi u anke ċċelebra l-ħajja ta’ tant nies li bħalu għaddew għall-ħajja ta’ dejjem.





Kienu bosta li għaddew il-kondoljanzi tagħhom fuq il-paġna tal-Madonna tal-Karmnu. Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ningħaqdu magħhom u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil familtu, qraba, ħbieb u parruċċani li żgur ħa jħossu n-nuqqas tiegħu. Strieħ fis-sliem.

Aġġornat: Jidher li Patri Victor Enriquez sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum. L-inċident seħħ qrib il-Bajja tal-Exiles, quddiem il-kunvent tal-Karmelitani. Hu inġibed fuq l-art minn numru ta’ persuni li amministraw is-CPR iżda l-isforzi tagħhom, madankollu, kienu għalxejn. Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali. 

Facebook / Madonna tal-Karmnu Balluta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI