Proprju llum ix-xemx sa tkun qed tinżel għall-aħħar darba matul is-sena 2024 fl-Alaska.
Il-paġna Maltese Islands Weather issemmi kif eluf ta’ residenti li jgħixu f’dan il-pajjiż sa jkunu fi “dlam ċappa kontinwu” sat-22 ta’ Jannar meta huwa mistenni li terġa’ tfeġġ ix-xemx. Dan ifisser li sa jkunu qiegħdin iqattgħu 65 jum fid-dlam.
Tul dawn il-jiem, ir-residenti jesperjenzaw ukoll “kesħa tremenda”, b’sorsi oħra jsemmu li t-temperatura tinżel għal madwar -20°C ħafna drabi.
Intom timmaġinakom tgħixu f’dawn il-kundizzjonijiet?