Il-preżentatur lokali John Bundy fuq il-mezzi soċjali tiegħu, iħabbar telfa għażiża. Hu jħabbar it-telfa tal-ħabib tiegħu Domenic li għadda għall-ħajja ta’ dejjem.
John jibda, “Għażiż Domenic, qatt u qatt mhu ser ninsiek, ma jistax ikun li lilek tinsiek, għamilna wisq affarijiet flimkien, kbirna flimkien u bqajna flimkien. Ħbiberija sinċiera ta’ 54 sena ma titħassar qatt għażiż.”
Hu jtemm, “Issa li tlaqt u ħallejt lil kull min iħobbok warajk, insellmulek u nirringrazzjawk ta’ kemm kont tħobbna. Sellilna għal Lionel u Albert. Marisa, aħna miegħek f’dal mument iebes ħafna.”
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, insellmu l-memorja ta’ Domenic u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari, qraba u ħbieb f’dan iż-żmien diffiċli.
Facebook / Dominic Camilleri