Helena Dalli ktibet messaġġ mill-isbaħ lill-għażiż binha Luke. Il-preżentatur qed jiċċelebra għeluq sninu llum u għaldaqstant ommu Helena awguratlu għall-okkażjoni.
"Għaddiet sena oħra Luke Dalli u, bħal dejjem, inkompli nixtieqlek saħħa, ferħ u suċċess f'ħajtek. Aktar ma jgħaddi żmien minn fuqek aktar tifhem għaliex ma neħħejtlekx il-ġebel mit-triq imma urejtek kif timxi sod fuqhom, għaliex ma żammejtlekx idek imma urejtek kif timxi waħdek."
Helena tkompli, "Il-ħajja fraġli, kompli kun ippreparat biex tikkumbatti; biex tgħix fis-serenità. Awguri u ħafna mħabba." Xerrdet ritratt mill-isbaħ flimkien ma' binha Luke.
Lil Luke narawh kull nhar ta' Tlieta fit-20:35 fuq ONE waqt Awla. Awguri mill-qalb għażiż!