Bil-Filmat: "Ħadt Tagħlima!" – Wara Din, M'Hemmx Xorb Għal Clayton Pace Qabel Xi Play!

L-attur lokali Clayton Pace jirrakkonta meta qabel play tal-komunità li kien qed jieħu sehem fiha, xorob daqsxejn grokkijiet flimkien ma’ sieħbu. Ma kinitx idea tajba, għax lejn l-aħħar tal-play ħa daqsxejn ta’ żball.

“Ħadt l-akbar tagħlima ta’ ħajti… fl-aħħar tant kemm ħassejtni rilassat, u bdejt nieħu pjaċir nara lin-nies jidħku għax kienet kummiedja, li wieħed mill-atturi flok bdejt ngħajjatlu b’isem il-karattru tiegħu, bdejt ngħajjatlu b’ismu vera!”

Clayton jgħid li dak il-ħin iktar ma beda jara lin-nies jidħku bil-qalb, iktar kompla jgħajjatlu b’ismu vera. Araw aktar f’dan il-filmat:  





Facebook/ Clayton Pace



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI