Sandra Gauci Tiġi Mistiedna Minn Mare Libero Biex Titkellem Dwar L-Okkupazzjoni Tal-Kosta U L-Bajjiet Mill-Privat

Il-kunsilliera u kap tal-ADPD Sandra Gauci, ġiet mistiedna minn Mare Libero biex titkellem dwar il-problema tal-okkupazzjoni tal-kosta u l-bajjiet mis-setturi privati.

“Waħda mill-wegħdiet tiegħi bħala kunsilliera kienet li naqbeż għall-kosta,” hi kitbet. “Peress li waħdi, ilni minn Novembru naħdem biex niltaqa’ ma’ għaqdiet f’pajjiżi oħra bl-istess pjaga. Għal San Pawl il-Baħar u għal malta. il-ġlieda issa bl-alleati.”

“Kburija li ġejt mistiedna minn Mare Libero biex nitkellem dwar l-okkupazzjoni tal-kosta u l-bajjiet mill-privat.”

“Nistenna bil-ħerqa li nżur Napli biex niddiskuti ma’ attivisti li jaħsbuha l-istess u nsibu ideat biex nipproteġu l-kosta tagħna għat-tgawdija tal-ħafna mhux tal-ftit!”





Facebook/Sandra Gauci



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI