“Wara L-Mini Heatwave Milli Jidher Ser Tinżel Ftit It-Temperatura… Ser Jerfa’ Rasu R-Riħ Mill-Punent Majjistral” – Djarju Tat-Timba

Il-paġna lokali Djarju tat-Timba tgħaddi aġġornament dwar dak li se nkunu qed nesperjenzaw rigward it-temp fil-jiem li ġejjin., “Wara din il-mini heatwave, jidher li t-temperatura se tibda tinżel ftit – aktarx tibda nieżla bejn l-Erbgħa u l-Ħamis filgħodu. Tellajt dan ir-rapport speċjalment għal dawk li joħorġu għall-għawm jew sajd, partikolarment dawk tal-alungi.”





Fuq il-paġna jżidu, “Aktarx mill-ħabta tal-5:00 għada l-Erbgħa, ir-riħ se jibda jerfa’ min-naħa tal-Punent Majjistru (WNW), b’Forza 4 li tista’ titla’ għal 5/6 f’xi ħinijiet. Naf li hemm min joħroġ kmieni ħafna, u jkun fil-bnazzi – baħar abjad bħall-ħalib! Imma oqogħdu attenti. Dgħajjes sa 16-il pied jibqgħu komdi sa Forza 3. Minn Forza 4 ‘l fuq, ikun aħjar tidħlu lura fil-portijiet.”

Huma jżidu, “Għawwiema: Oqogħdu attenti ħafna jekk tippjanaw tmorru fuq xtajtiet miftuħa għar-riħ, bħall-Għajn Tuffieħa, Ġnejna, eċċ., minħabba l-kurrenti qawwija li jinħolqu bil-mewġ – magħrufa bħala rip tides. In-naħa t’isfel tal-gżira se tkun tajba ħafna – St. Peter’s Pool, Birżebbuġa, eċċ. Oqogħdu attent u moħħkom hemm!”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI