Howard Keith Debono kiteb messaġġ għal persuna speċjali immens f’ħajtu, li qed tiċċelebra għeluq sninha, l-għażiża ommu. Qasam anke ritratt taghħa flimkien maż-żewġ uliedu.
“Ilbieraħ, waqt li ċċelebrajna s-86 sena ta’ ommi. Hi unika. Mara indipendenti… Ilbieraħ kienet qed tirrakkonta ftit stejjer lit-tfal tagħna ta’ meta kienet iżgħar, allura ħsibt li nżid ritratt ieħor tagħha.”
Awguri mill-qalb! Nixtiqulha ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!