It-telespettaturi u s-segwaċi ta’ Love Island Malta jkunu jafu eżatt x’ġara f’kull rokna kważi tal-villa. Dak li naraw aħna minn barra, mhux neċessarjament ikunu jafu bih l-islanders.
Il-filmati li ntwerew ilbieraħ waqt il-famuża The Mad Movies biddlu l-burdata tal-islanders kompletament. Ħafna minnhom kellhom jagħtu spjegazzjoni għal dak li ġara jew dak li ntqal, u hemm min aktar minn waħda kellu jagħti!
Bla dubju hemm daqsxejn battibekki li ser inkunu qed naraw illejla, u ħa jkollna koppji bin-nervi… ġifieri preparaw. Illejla ser inkunu qed naraw il-konsegwenzi ta’ dak li ġara lbieraħ: