Kultant ninħasdu naraw xena bħal ma wieħed jista’ jara f’dan ir-ritratt, ninħasdu għax fis-sena 2020 nistennew li xena bħal din ma narawhiex. Hawn diversi mezzi li wieħed jista’ jirrikorri għalihom sabiex jiġu jiġbru affarijiet kbar u li ma għandniex aktar bżonnhom. Imma donnu li wieħed iħallihom fuq bankina b’ħafna żiebel maġenbhom kienet is-soluzzjoni għal dan il-proxxmu.
Ftit edukazzjoni u jsegwu multi ħarxa għal min jinqabad iħammeġ. Dan hu l-unika mod li wieħed jitgħallem u jittieħdu passi meħtieġa sabiex l-istorja ma terġax tirrepeti ruħha għal darb’oħra. Minn żmien għal żmien xeni bħal dawn qed jitfaċċaw f’lokalitajiet differenti madwar il-gżejjer Maltin. Nittamaw li aktar ma jgħaddi ż-żmien xeni bħal dawn jiġu skarsi u nitgħallmu ngħixu f’pajjiż nadif. Dan hu sinjal ta’ rispett lejn il-pajjiż u wkoll lejn il-kumplament tas-soċjetà.