“Tiżdied Il-Possibilità Ta’ Riħ Qawwi L-Ħadd U T-Tnejn” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom aġġornament importanti dwar ir-riħ antiċipat. Bħalissa kulħadd jaf li ninsabu f’nofs mewġa ta’ sħana, iżda mistenni li jiġi xi riħ fil-jiem li ġejjin.

Huma qalu, ”Aġġornament dwar ir-riħ – Illum wara 15:00. Ir-riħ ser jitqawwa għal forza 5 punent. Għar-Riħ fi tmiem il-ġimgħa tonqos il-possibilità ta’ riħ qawwi s-Sibt u tiżdied il-possibilità ta’ riħ qawwi l-Ħadd u t-Tnejn.”

Żiedu, “Aġġornament dwar is-sitwazzjoni tar-riħ fi tmiem il-ġimgħa jingħata għada wara 20:00. Dan għar-raġuni li wieħed irid jara l-effett tal-pressjoni għolja ċiklun Afrikan hux ser jaffetwa l-qawwa tar- riħ.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI