Frank Portelli, Gerald Fenech u z-Zija TT ikunu minn tal-ewwel biex joħorġu kemm wieħed għandu jistenna każijiet tal-Covid-19 għal dak il-jum. Iżda jidher li m’hemmx qbil bejn in-numri tal-lum. Jidher li s-sorsi tagħhom għaddewlhom numri varji.
Gerald Fenech, ilbieraħ kiteb li llum għandna nistennew waħda kbira u dan il-kliem kienet qed tidwih ukoll iz-Zija TT iżda dalgħodu jidher li kien hemm bidla. Iz-Zija TT dalgħodu qalet li jidher li hemm ftit aktar minn 110 li mhux numru daqstant allarmanti.
It-tabib Frank Portelli qal li għandna nistennew ftit iktar minn 120 każ ġdid tal-Covid-19. Tajjeb li ngħidu li dan xorta waħda mhux numru żgħir iżda hu numru raġonevoli ħdejn in-numri kbar li kienu qed jinstabu dan l-aħħar.
Importanti li jkun xi jkun in-numru li jitħabbar fin-12:30, wieħed jibqa’ jimxi mal-miżuri tas-saħħa.