Illum Jiċċelebra Għeluq Sninu L-Attur Komiku Ray Calleja – Tiftakruh F'KC?

L-attur komiku Ray Calleja llum jagħlaq 57 sena. Żgur li Calleja jibqa' magħruf minn bosta għas-sehem tiegħu fis-serje KC.

Rajnih ukoll f'produzzjonijiet bħal Triq Waħda kif ukoll Is-Salib tal-Fidda.

Ippreżenta wkoll programmi komiċi bħal Mustaċċuni ma' Ron Briffa.

Magħruf ma' bosta wkoll bħala wieħed mill-uċuħ wara x-xow allegruż Kelma Kelma Nota Nota li Ray kien ikun parti minnu għal diversi snin.

Bosta awguraw l-isbaħ xewqat lill-attur fuq il-mezzi soċjali.



Awguri, Ray!

Sors: IMDb / Ray Calleja

Ritratti: Eileen Montesin u Facebook / The People of Malta u Ray Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI