“Meta Munzell Ta’ Tifrik Ġo Gaża Jsir Bitħa Tal-Logħob…” – Il-Psikologu Dr Nicholas Briffa

Il-psikologu Dr Nicholas Briffa analizza ritratt ta’ qsim ta’ qalb, fejn jidhru tfal innoċenti f’Gaża jilgħabu qalb it-tifrik tal-gwerra.

Hu spjega, “Xi kultant, it-tfal ma jieqfux ikunu tfal għax iridu. Jieqfu għax id-dinja ma tħallihomx. Meta munzell ta' tifrik ġo Gaża jsir bitħa tal-logħob, mhux biss naraw ir-reżiljenza tat-tfal. Naraw ukoll dak kollu li nsterqilhom.”



Żied jgħid, “Kull tifel u tifla jistħoqqilhom tfulija li ma jkollhiex għalfejn tgħix fil-gwerra. L-ebda tifel jew tifla m'għandu jikber bil-fdalijiet tal-gwerra bħala sottosfond tat-tfulija tiegħu.”

Dan ir-ritratt ifakkarna fir-realta` li qed jgħixu bħalissa tfal innoċenti f’pajjiżi oħrajn fejn il-gwerra tirrenja. Inżommuhom fit-talb tagħna, u nittamaw li xi darba jkun hawn il-paċi madwar id-dinja kollha.

Ritratti:

Facebook / Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI