Nathan Zahra Piscopo Ser Ikun L-Ewwel Ġuvni Li Ser Jigradwa Fost Il-Qwiebel Ġodda

Nathan Zahra Piscopo huwa l-ewwel ġuvni li ser ikun qed jigradwa fost il-qwiebel ġodda, wara li għadu kif lesta mill-kors ta’ erba’ snin. Huwa kiteb messaġġ ta’ apprezzament hekk kif uffiċjalment se jilħaq bħala wieħed mill-qwiebel.

“Ninsab kuntent li ngħid li qed niggradwa uffiċjalment bl-Unuri tal-Ewwel Klassi fil-Baċellerat tax-Xjenza tal-Qwiebel. Erba’ snin ta’ ħidma, passjoni, u dedikazzjoni wassluni hawn.”

Nathan jirringrazzja lill-familja, lill-ħbieb tal-qalb, u lil kull min appoġġjah. Prosit kbira Nathan! Awguri għal din il-karriera prezzjuża!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI