Il-Muxu B’Messaġġ Lil Missieru Fis-Sema

F’post fuq il-midja soċjali tiegħu, il-Muxu kiteb dak li ġara 13-il sena ilu, dik il-ġurnata fejn missieru għalaq għajnejh.

View this post on Instagram

A post shared by Muxu (@muxumusic) on Jul 6, 2019 at 2:10am PDT

Il-Muxu jirrakkonta li waqt li kien f’festin, irċieva telefonata mingħand zitu u infurmatu li missieru kien qaleb għall-agħar. Marret għalih u ħaditu l-isptar ħdejn missieru. Missieru ried jistennieh jasal ħdejh qabel ma jieħu l-aħħar nifs ta’ ħajtu. Fil-fatt qabel ma għalaq għajnejh, ċarċret demgħa minn għajnejn missieru u qal lil ibnu li jħobbu.

Il-Muxu jistqarr li ż-żmien itaffi l-weġgħa imma aktar ma jikber aktar iħoss lil missieru viċin tiegħu. Huwa kien kiteb kanzunetta ddedikata lil missieru, li meta tismagħha u tara l-vidjow ma tistax ma taqbiżlekx demgħa. Il-Muxu jgħid lil missieru li li jħobbu, li qed jimmissjah u jgħidlu li jispera li qed jagħmluh kburi

Facebook / Muxu

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI