It-Talent Malti Mfaħħar Bil-Kbir Mill-President Ta' Assoċjazzjoni Li Rebħet Premju Nobel Prestiġġjuż! – Ara X'Intqal!

Mattea Fo faħħret lit-talent Malti bil-kbir wara produzzjoni li ħalliet impatt qawwi bl-isem ta’ Alice in Wonderless Land.

It-tim ta’ Teatru Malta jinsab onorat immens hekk kif fuq is-sit uffiċjali ta’ Dario Fo u martu, inkiteb artiklu min-neputija tagħhom Mattea li fih tiddeskrivi lit-talent Malti bl-aqwa tifħir. “Idea brillanti, sabiħa u divertenti, u fuq kollox għodda li toħloq u li tipprovoka sens ta’ riflessjoni, addattata għaż-żgħażagħ”.



 fg



Ritratt: Aqra aktar HAWN

Fuq il-profil tagħhom, Teatru Malta xeħtu dan l-artiklu kif ukoll urew il-gratitudni u l-apprezzament tagħhom lejn dak li qalet Mattea Fo fuq is-sit tal-assoċjazzjoni. 

“Aħna tassew ferħana b’dak li kellha xi tgħid Mattea Fo, il-president tal-Fondazione Dario Fo e Franca Rame u n-neputija tal-prolifiku Dario Fo u Franca Rame dwar Alice in Wonderless Land.”



Minn qalbna nifirħu lit-tim kollu wara Teatru Malta għal dan is-suċċess! Tassew inħossuna kburin li aħna Maltin meta naraw it-talent lokali jitpoġġa daqstant f’livell għoli!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI