“M’Hemm Ebda Lok Għal Dan It-Tip Ta’ Ċajt Moqżież” – Sonic J Dwar Dak Li Ġara Lil Onor. Kevin Cutajar

L-attur Sonic J Aquilina xtaq jagħmel il-kumment tiegħu wara ċ-ċajta ħarxa li saret dwar il-fatt li l-Onorevoli Kevin Cutajar huwa nieqes mid-dawl.

“Oxxenita kbira li nippruvaw indaħħku b’diżabbilta ta’ persuna,” beda Sonic. “Ma nafx x’qalb irid ikollok biex tasal tagħmel hekk… Nikkundanna dan l-għagir u dan il-post seta sar fuq min sar. M’hemm ebda lok għal dan it-tip ta’ ċajt moqżież.”





“Naf li diġà ttieħdu xi azzjonijiet u j’Alla min huma jieħdu dak li ħaqqhom illum qabel għada. Jien bnidem li ċajta nħobbha u nikteb ħafna ċajt… Imma ejja nimmaturaw u niċċajtaw bla ma nweġġgħu lil ħaddiehor u mingħajr ma niddiskriminaw lil ħadd.”

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ noffru solidarjetà mal-Onorevoli Kevin Cutajar. 



Facebook/Sonic J Aquilina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI