“L-Iskola Kważi Baħħ. Bini Sabiħ Kemm Tridu, Imma Bla Ħajja Għax It-Tfal Mhumiex Hawn” – Lelio Spiteri

Is-Surmast Lelio Spiteri kiteb dwar ħsibijiet li jkollu fuq moħħu hekk kif jibda s-sajf u l-iskola tkun vojta. Ħarstu waqgħet fuq kartolina li għamlulu t-tfal, u ħass diversi emozzjonijiet hekk kif qara l-messaġġ sabiħ li kitbulu.

Hu spjega, “L-iskola kważi baħħ. Bini sabiħ kemm tridu, imma bla ħajja għax it-tfal mhumiex hawn. Fl-uffiċċju nħares lejn il-ħitan mimlija tifkiriet u nerġa’ naqra l-kliem fuq il-kartolina li għadhom kemm tawni l-istudenti tas-Sitt Sena. Imma għaliex kull sena l-istess? Għaliex jirnexxielkom temozzjonawmi kull darba għid?”

Fuq il-kartolina t-tfal kitbu, “L-imħabba li għandek għalina, u l-istil uniku li għandek biex tmexxi skola, għamlulna l-Happy School dar li ma nixtiqux nitilqu minnha, imma issa se jkollna nkomplu mexjin ‘il quddiem naffaċċjaw sfidi mingħajr il-gwida tiegħek. Għalkemm dan inikkitna, nafu li sakemm tkun hemm int, il-Happy School dejjem se tilgħaqna lura.”





Facebook / Lelio Spiteri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI