Il-paġna lokali Aġġornament tat-Temp jiktbu li l-ġimgħa li għaddiet, kellna xita u temperatura massima li laħqet 16°C. Huma jkomplu, li t-temperatura llum mistennija tilħaq 22°C, filwaqt li l-UV index ser jilħaq 6.
Huma jkomplu jispjegaw li dan huwa temp tipiku meta firxa wiesgħa ta’ pressjoni għolja titla’ minn fuq l-Afrika u ġġib magħha temp stabbli, speċjalment fiċ-ċentru tal-Mediterran. It-temp stabbli b’temperatura għolja huwa mistenni jintensifika sal-ġurnata tas-Sibt li ġej, fejn it-temperatura mistennija tilħaq 24°C.
Il-Ħadd, madankollu, għandna nistennew tnaqqis fit-temperatura minħabba pressjoni baxxa u kurrenti qawwija mil-Majjistral b’forza 6. Fil-fatt, l-ogħla temperatura għal-Ħadd, 16 ta’ Marzu, hija mistennija tkun ta’ 16°C.
Huma jtemmu li jgħidu, għada l-Erbgħa, 12 ta’ Marzu, it-temp huwa mistenni jkun simili għal-lum - xemxi u sħun, b’riħ Xlokk b’forza 3. It-temperatura l-ogħla mistennija tkun 22°C, filwaqt li l-inqas 14°C.