Fl-aħħar jiem erġajna rajna numri relativament kbar tal-Covid-19. Ħafna qed juru l-preokkupazzjoni tagħhom li flok in-numri naqsu, jidher li mill-ġdid qed jiżdiedu.
Skont Gerald Fenech, li ta’ kuljum jagħti aġġornament ta’ kemm għandna nistennew każijiet illum, sfortunatament illum jidher li għandna nistennew numri rekord.
Iz-Zija TT ukoll qalet li llum hija l-agħar ġurnata tal-Covid-19 għax skontha s-sorsi tagħha, sa madwar is-06:00 ta’ filgħodu kien hemm madwar 250 każ pożittiv.
Importanti li kulħadd jimxi mal-miżuri tas-Saħħa Pubblika u joqgħod attent biex flimkien nimxu ‘l quddiem.