Caroline Bonnici hija security fl-isptar Mater Dei – u bħalma qalet tajjeb hi, ħafna jinsew li s-securities huma frontliners ukoll f’dan il-kuntest. Hi bgħatet ritratt lill-paġna Malta, News, Photos and People, u kitbet il-kumment tagħha.
“Ilni sena u xahrejn naħdem security Mater Dei. Qatt ma waqafna, bqajna naħdmu lejl u nhar mill-bidu li tfeġġet din il-pandemija. L-isptar ma nieqfu qatt. Xi minn daqqiet jinsewna imma aħna s-securites frontliners ukoll.”
Kuraġġ Caroline. Bħala uffiċjali tas-sigurtà nixtiequ nirringrazzjaw lilek u lil kulħadd bħalek għall-ħidma tagħkom ukoll.
Facebook/Malta, News, Photos and People