Ilbieraħ Ingrid Sammut qasmet appell għall-għajnuna wara operazzjoni kbira li saritilha, fejn esprimiet ix-xewqa li tkompli miexja b’ħajjitha. Jidher li l-appell wasal, u hemm aġġornament.
“Wara l-post riċenti tiegħi fejn staqsejt dwar magna speċjalizzata TENS, nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil kull min offra l-għajnuna tiegħu, qasam informazzjoni, jew wera interess ġenwin. Il-ġentilezza tagħkom verament tfisser ħafna għalija. Il-kwistjoni ġiet eskalata immedjatament, u ġie assigurat li qed tittieħed azzjoni biex ningħata s-servizz meħtieġ.”
Ingrid tkompli, “Il-post tiegħi kellu skop wieħed biss… li nipprova nikseb aċċess għal dan l-apparat b’mod urġenti biex nipproteġi l-funzjoni tal-muskoli, u żgur mhux biex b’ebda mod nikritika s-sistema.”
Tinsab grata immens għas-solidarjetà kontinwa li qed tirċievi minn dawk ta’ madwara u mis-sistema tas-saħħa pubblika.
“Ninsab verament grata li malli qamet il-ħtieġa, is-sistema rrispondiet mill-ewwel u bla kundizzjonijiet. Inħossni tassew onorata li nagħmel parti minn pajjiż u komunità li dejjem toffri l-għajnuna b’qalb miftuħa u mingħajr mistoqsijiet… Kburija li jiena Maltija”
Kuraġġ Ingrid! Kompli ssielet!