Dawn Lydon u missieru Jomike kantaw diski Maltin b’togħma ta’ għana fuq Malta’s Got Talent. Lydon beda ta’ 3 snin u nofs b’kumbinazzjoni. “Lest komplut biex ngħaddi” jgħid Lydon Agius.
Lydon għandu tbissima simpatika u b’enerġija liema bħala!

Il-makjetti li għażlu dawn it-tnejn kienu wisq ħelwin! Trid tara lil Lydon jiżfen filwaqt jgħanni u jkanta. Wisq gustuż b’dawk il-mossi ħelwin u bi tbissima li tisraqlek qalbek.
Lil Lydon u Jomike mhux l-ewwel li rajniehom, kienu parti mill-‘Għanafest’ ta’ din is-sena fejn kienu issorprendew lil kulħadd bit-talent tagħhom!

Dawn it-tnejn tant intgħoġbu li Gordon qabeż minn backstage u mar jagħfas il-Golden Buzzer. Gordon f’intervista ma’ Gwida.mt kien qal li l-aktar ħaġa li aċċetta l-parti ta’ preżentatur għax appuntu seta jagħfas il-Golden Buzzer waqt li jagħmel xi ħaġa li jħobb.
“Kemm ħadt gost narakom” tgħid Sarah Zerafa filwaqt li tfaħħar lil dawn it-tnejn. Jomike jgħid li qabel jikteb il-lirika ifiehem kollox lil Lydon. Maxine tgħid li kienet prestazzjoni tal-ġenn, “Int stilla” filwaqt li tirreferi għal Lydon. Howard jgħid, “Ma nistax nemmen kif għandek 5 snin u tagħmel dawk il-mossi!”.

Viva Malta, Viva l-kultura Maltija! Tista’ tara din il-prestazzjoni ħelwa hawn:
Albert Camilleri / Malta’s Got Talent