Illum huwa għeluq snin Ema, bint il-Ministru Owen Bonnici. F’dan il-jum tant speċjali, hu kiteb messaġġ mill-isbaħ ta’ dedikazzjoni fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu flimkien ma’ ritratt tagħhom flimkien.
“Ema llum tagħlaq 17!” hu kiteb. “Qas nista’ nemmen kemm kibret f’tebqa t’għajn! Awguri minn qalbi f’għeluq sninek, propju f’Jum il-Mara. Inħobbok ħafna!”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Ema f’jum għeluq sninha. Jalla jkollok jum mill-isbaħ!
Facebook/Owen Bonnici