Żagħżugħ ta’ 19-sena, ħalliena f’aċċident tat-traffiku fl-Imġarr. Iż-żagħżugħ ħabat head-on ma’ karozza oħra fi Triq Sir Temi Zammit għal ħabta tal-11:15 ta’ filgħaxija.
Alan flimkien ma’ żagħżugħ ieħor ta’ 18-il sena mill-Mosta kienu qed isuqu lejn il-Mosta. Vettura l-oħra misqjuqa minn raġel ta’ 35 sena, li dan kien qed isuq lejn l-Imġarr. Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili minħabba l-impatt qawwi.
Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ġarrab ġrieħi serji u ħalliena ftit wara. Iż-żagħżugħ li kien miegħu weġġa’ b’mod serju.Mhux magħruf il-ġrieħi tas-sewwieq ta’ 35 sena.
Bosta huma dawk il-ħbieb u familjari li qed isellmu lil Alan. Ixxukjati u bla kliem, Alan ħalliena lbieraħ. Fuq il-paġna ‘Social Channel’, ħafna qed isellmu l-memorja tiegħu. Ħajja prezzjuża li ttieħdet malajr wisq. Nibgħatu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u qraba.