Bil-Filmat: Żgur Li Mark Laurence Ma Kienx Lest Għal Din L-Aħbar M'Għand It-Tfajla Tiegħu!

Mark ta’ Xarabank u t-tfajla tiegħu Deborah ilhom flimkien issa 6 xhur iżda jidher li daqshekk ser jibqgħu waħdihom! Deborah tiżvela dan waqt il-Programm ‘Tech Away’ li jixxandar mit-tim ta’ Gadgets. Għal bidu, lil Mark kienu qed jagħmlulu intervista ħelwa fejn kixfulu xi borom mhux ħażin grazzi għal ommu, l-kollega tiegħu Peppi kif ukoll it-tfajla tiegħu Deborah! 

Iżda fl-aħħar parti Deboraħ taħseb bl-aħbar lil Mark li flimkien ser ikunu qedgħin jieħdu ħsieb qattus! Dan kien is-suġġett jaħraq ta’ Mark u Deborah għal dawn l-aħħar ġimgħat, hekk kif Mark ma riedx qtates id-dar, iżda Deborah tħobbhom wisq l-annimali! Kien sorpriż għall-aħħar waqt il-programm tant li lejn l-aħħar beda jitfixkel x’ser jgħid!





Il-qattus il-ġdid ta’ Deborah u Mark semmewħ dash, tgħid minħabba Covid(dash)19? Jista’ jkun, iżda nafu li Dash ser ikollu min jieħu ħsiebu sewwa! Fl-aħħar tal-programm, Deborah qalet ukoll li dan ma kienx ser ikun l-aħħar annimal li kienu ser jaddottaw! Issa trid kelb!

Ħu ftit paċenzja Mark, persważi li hi tieħu ħafna paċenzja bik!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI