Aġġornament Rigward In-Nar Fil-Wied Tal-Mġarr – Il-Pubbliku Avżat Biex Jevita ż-Żona

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Civil Protection Malta żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati rigward nar fil-wied tal-Mġarr.

Huma qalu, “Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta bħalissa qed tieħu ħsieb nar kbir fl-għelieqi fil-Wied tal-Mġarr. Inħeġġu lill-pubbliku biex jevita ż-żona sabiex it-timijiet tagħna jkunu jistgħu jaħdmu b’mod sikur u effiċjenti. CPD units jinsabu fuq il-post u qed jaħdmu biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.”

Żiedu billi taw twissija rigward id-duħħan fejn qalu, “Ir-residenti fil-viċinanzi għandhom jagħlqu t-twieqi u l-bibien bħala prekawzjoni. Se nkomplu nħabbru l-aġġornamenti hekk kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.”

Temmew billi qalu,“F’każ ta’ emerġenza ċemplu 112”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI