Ix-xahar ta’ Frar iġib miegħu għadd ta’ memorji minn wieħed mill-akbar avvenimenti li qatt saru f’pajjiżna, il-Malta Eurosong/ Malta Song For Europe/ Malta Eurovision.
Fil-fatt bħal daż-żmien seba’ snin ilu, tnejn mill-aqwa artisti li għandna f’pajjiżna, Ira Losco u Gianluca Bezzina kellhom iċ-ċans li jkantaw flimkien. Huma taw prestazzjoni impekkabbli ta’ diversi siltiet iżda L-Aħħar Bidwi F’Wied Il-Għasel u Xemx jibqgħu klassiċi.
Il-kanzunetta kienet oriġinarjament kantata mill-mibki Sammy Bartolo fi ħdan New Cuorey. Kanzunetta oħra li ma tistax ma tħossx ċertu nostalġija, emozzjoni u fuq kollox kburi bit-talent Malti hi Xemx ta’ the Tramps. Ira Losco u Gianluca taw prestazzjoni ta’ din il-kanzunetta waqt il-Malta Eurovision 2014, meta dik is-sena spiċċaw rebbieħa Firelight bil-kanzunetta Coming Home.
Erġgħu segwu dan il-mument indimentikabbli.
Facebook/ Malta Eurosong/ Gianluca Bezzina/ m3p
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.