Ilbieraħ proprju f’Jum il-Ħaddiem, Adria Twins qasmu mas-segwaċi tagħom tislima lill-għażiż missierhom li sfortunatament ħalliena.
Huma qalu, “Illum, f’Jum il-Ħaddiem, id-dinja tiċċelebra x-xogħol, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju. Għalina, dan il-jum iġorr piż ħafna iktar profond. Kienet ġurnata normali… mort għax-xogħol, u qatt ma rritornajt lura d-dar. Kien raġel li dejjem kien hemm, li ħadem b’imħabba, b’saħħa u b’dinjità — mhux biss biex jgħix, imma biex jagħtina ħajja. Provditur, protettur, eroj kwiet f’kull sens.”
Żiedu, “Illum ma niftakrux biss fix-xogħol li għamel, imma fl-imħabba warajh. Is-sagrifiċċji li mhux dejjem rajna. Il-ġranet ta’ għeja li ġarr mingħajr kelma. Il-mod kif ta kollox għalina. Jum il-Ħaddiem qatt mhu se jkun biss ċelebrazzjoni għalina — huwa tifkira. Fih. Fis-saħħa tiegħu. F’ħajja li ħaqqha ħafna iktar żmien. Pa, għalkemm m’għadekx magħna… l-imħabba tiegħek qatt ma telqitna. Għal dejjem kburin bik. Għal dejjem grati. Ir-re tagħna.”
Adria Twins