Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kunvent Santa Tereza Bormla qasmu mas-segwaċi tagħhom dwar kemm ilhom Malta kif ukoll dwar il-vokazzjonijiet.
Huma qalu, “L-aħwa, l-għodwa t-tajba. Għaddew 400 sena minn mindu l-patrijiet Tereżjani waslu Malta, u 300 sena minn mindu s-sorijiet Tereżjani waslu Malta. Għaddew tant snin, u l-komunitajiet tagħna għadhom jgħixu fl-istess binjiet ta’ 400 u 300 sena ilu.”
Żiedu, “Ftit tal-jiem ilu, l-patrijiet temmejna l-Kapitlu Provinċjali, u fejn aħjar stajna ntemmuh il-Kapitlu jekk mhux għand ħutna s-sorijiet. Konvint li l-Mulej għadu jsejjaħ żgħażagħ ġodda biex tibqa’ ħajja l-preżenza tal-Kariżma Tereżjana f’Malta għas-snin li ġejjin.”