Permezz ta’ kelmtejn fuq il-paġna tiegħu, l-attur lokali Carlos Farrugia spjega li għada jiċċelebra għeluq sninu hekk kif se jagħlaq 49 sena. Mill-qalb irringrazzja lil kull min kien hemm għalih matul is-snin.
Hu kiteb, “Għada nagħlaq 49 sena... pass wieħed biss ‘il bogħod minn nofs seklu. Inħossni grat għal kollox li l-ħajja ġabitli magħha. Nirringrazzja lill-familjari u ħbieb tal-ġenn tiegħi għall-imħabba u l-appoġġ kollu tagħhom. Issa niċċelebra għall-kapitlu li ġej!”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li jkollu ġurnata mill-isbaħ imżewqa b’dak kollu li tixtieq qalbu. Inżommuh fit-talb tagħna biex ikollu iktar snin ta’ paċi u ferħ. Awguri!
Facebook / Carlos Farrugia