Building The Band – L-Aħħar Proġett Ta’ Liam Payne Qed Jixxandar Fuq Netflix!

Building the Band, serje mużikali innovattiva fuq Netflix, li ħarġet kmieni dan ix-xahar tfakkar l-artist Liam Payne minn One Direction li miet f’Ottubru tal-2024. Is-serje ġiet miġbuda s-sena li għaddiet, serje li tiffoka fuq it-talent u kemm il-vuċi stess tista’ toħloq konnessjoni anke qabel ma naraw lil xi ħadd.

Is-serje kienet disponibbli għall-pubbliku mid-9 ta’ Lulju 2025, b’10 episodji b’kollox. Episodju 1–4 ħarġu fid-9 Lulju, episodju 5–7 ħarġu fis-16 ta’ Lulju, u l-finale episodju 8–10 ħarġu fit-23 Lulju.

Il-format jippermetti 50 kantant jgħaqqdu f’6 bands, bbażati biss fuq il-vuċi u l-konnessjonijiet mużikali, waqt li jibqgħu f’sound booths mingħajr ma jaraw lil xulxin.





AJ McLean mill-Backstreet Boys huwa l-preżentatur prinċipali, filwaqt li Nicole Scherzinger hija l-mentor/judge prinċipali. Kelly Rowland u Liam Payne jidħlu bħala ġurija biex jassistu lil Nicole meta l-bands jippreparaw biex jikkompetu kontra xulxin.

Liam jagħti pariri personali mill-esperjenza tiegħu bħala membru ta’ One Direction u permezz ta’ xogħol mużikali internazzjonali, waqt li jħeġġeġ il-partiċipanti juru min huma bħala artisti sensittivi u awtentiċi.

Fil-bidu tal-ewwel episodju, AJ McLean jibda b’tifkira emozzjonali għaċ-ċelebrazjoni tal-ħajja, il-passjoni u l-wirt ta’ Liam Payne.

Building the Band mhijiex biss serje tal-kompetizzjoni mużikali, imma stqarrija ta’ wirt kreattiv. Ir-rilaxx tiegħu bħala l-l-aħħar proġett televiżiv ta’ Liam Payne qabel ħalla din id-dinja juri d-dedikazzjoni tiegħu lejn il-mużika u lejn it-talent ġdid. Il-familja tiegħu aċċettat id-distribuzzjoni tas-serje bħala tifkira tiegħu, u Netflix żgura l-memorja ta’ artist kbir u mentor generuż.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI