Gillian Attard qasmet messaġġ emozzjonanti dwar Zoë Mallia, fejn tkellmet dwar l-ewwel laqgħa tagħhom u dwar l-impressjoni qawwija li ħalliet fuqha.
Gillian spjegat li meta ltaqgħet ma’ Zoë għall-ewwel darba, ħasset li kien hemm xi ħaġa differenti fiha, saħansitra qabel ma semgħetha tkanta. Qalet li kienet miġbuda lejn l-enerġija u l-preżenza tagħha, li huma affarijiet li wieħed jinnota iżda diffiċli jispjegahom.
Meta Zoë bdiet tkanta, spjegat li baqgħet impressjonata bil-vuċi tagħha, bl-istint tagħha u bil-mod naturali kif iġġib ruħha.
Waqt is-sessjonijiet tagħhom, Zoë staqsietha jekk forsi kinitx taf lil missierha, Mark Mallia. Għal Gillian, din l-mistoqsija għaqqdet ħafna affarijiet, hekk kif Mark kien ħabib antik li għadu mfakkar b’ħafna għożża.
Fil-fatt, wegħdet lil Zoë li dejjem se tkun hemm għaliha, u enfasizzat kemm hija persuna speċjali u mimlija talent.
Fl-istess ħin, bagħtet messaġġ lil Mark fejn fakkritu fil-konversazzjonijiet tagħhom tal-passat u qalet li issa wasal il-jum li fih iltaqgħet ma’ bintu, persuna li ddeskrivieta bħala straordinarja.
Facebook/Gillian Attard