“Mellieħa Sports Club Jibki L-Mewt Tal-Eks Goalkeeper Patrick Pace.”

Fuq il-mezzi soċjali l-Mellieħa Sports Club qasmu l-aħbar li ġie nieqes Patrick Pace fl-età ta' 58 sena! Patrick kien involut f'diversi sports, minn futbol, għal basketball u anke handball. 

Huma kitbu, "Mellieħa Sports Club jibki l-mewt tal-eks Goalkeeper u ħabib ta’ kull żmien, Patrick Pace. Patrick irrappreżenta lill-klabb tagħna kemm fil-Futbol kif ukoll fil-Basketball. Il-ħsibijiet u t-talb tagħna huma mal-familja tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli."

Il-klabb kompla żied, "Jekk jogħġbok ingħaqad magħna biex tiftakar ir-ruħ tajba tiegħu. Sakemm nerġgħu niltaqgħu Pat."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tiegħu, qraba u ħbieb. Nittamaw li jsibu l-kuraġġ f'dan iż-żmien xejn faċli għalihom. Strieħ fis-sliem Patrick.

Facebook / Malta Handball Association

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI