“Levi Twieled Kmieni U Minn Dak Il-Jum Il-Ħajja Tiegħu Kienet Ta’ Sfida” – Josette Busuttil Tappella Biex Il-Ħolma Tiegħu Ssir Realtà

Permezz t’appell fuq il-paġna tagħha, Josette Busuttil qed tħeġġeġ lill-Maltin biex jagħtu donazzjoni bl-għan li l-ħolma ta’ tifel ċkejken issir realtà.

Hi spjegat, “Levi twieled kmieni u minn dak il-jum il-ħajja tiegħu kienet ta’ sfida. Minħabba puplesija fit-twelid, għandu Cerebral Palsy livell III, iżda l-qawwa u l-kuraġġ tiegħu huma ta’ ispirazzjoni għal kulħadd.”

Żiedet tgħid, “F’Ottubru 2024 għadda minn operazzjoni maġġuri li rnexxiet, imma issa għandu bżonn terapiji intensivi biex jilħaq il-ħolma tiegħu – jimxi, jilgħab u jgħix b’aktar indipendenza. Ommu Meagan qed tagħmel minn kollox, iżda l-piż finanzjarju hu tqil ħafna. Kull għajnuna, żgħira jew kbira, tista’ tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ Levi. Ejja ngħinuh flimkien biex il-ħolma tiegħu ssir realtà.”

Id-determinazzjoni tiegħu għandha tkun ta' ispirazzjoni għalina lkoll! Min jista' jgħin lil din il-familja għandu jċempel fuq 9811 2532.

Facebook / Josette Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI