Ilbieraħ ġewwa Għawdex sar Pellegrinaġġ Penitenzjali Ġubilari bil-Kurċifiss Mirakoluż Ta’ Ġieżu mmexxi mill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma mill-Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova saz-Zuntier tal-Knisja Arċipretali tal-Madonna ta’ Loreto ġewwa Għajnsielem.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Knisja Sant' Antnin - Patrijiet Franġiskani Għajnsielem qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn ta’ gratitudni fejn qalu, “Grazzi kbira lil kulħadd li b’xi mod jew ieħor kien ta’ għajnuna u sapport, u fuq kollox, grazzi lil Alla tal-grazzji kbar li qalgħalna għax mingħajru ma konniex naslu s’hawn. Nitolbuh biex ikompli jmexxina fit-triq it-tajba u biex inkomplu nkunu xhieda tal-imħabba u l-ħniena tiegħu f’ħajjitna.”