Glen Ciantar kontinwament jaqsam proposti ta' tibdil li jista' jsir fit-toroq u fil-madwar. Hu jaqsam ritratt tal-idea li jkollu kif ukoll jispjega fid-dettall il-benefiċċju li nibbenefikaw minnu.
"Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ. X’taħsbu kieku? Il-proposta tiegħi hija li, temporanjament, isiru barriers fin-nofs tat-triq b’aċċess aktar frekwenti għas-service road, sakemm tinstab u tiġi implimentata soluzzjoni permanenti."
Glen ikompli, "Dan jgħin biex, f’każ ta’ inċident jew emerġenza, it-traffiku jkun jista’ jiġi devjat aktar malajr u, fuq kollox, biex jitnaqqas ir-riskju ta’ aktar inċidenti sakemm il-problema tiġi solvuta. Għamilt kuntatt mal-Ministru dwar din il-proposta. Kif ikolli risposta jew aġġornament, inkun qed naqsam kollox magħkom. X’taħsbu?"
Bosta qasmu l-opinjonijiet tagħhom fil-kummenti u jekk jaqblux jew le?
Facebook/ Glen Ciantar