Kien raġel l-aktar umli, ħabib ma’ kulħadd. Sfortunatament tilef l-imħabba ta’ ħajtu ftit snin ilu u kien jimmisjaha ħafna! Dan kien missier l-attriċi Rebecca Dimech. Ftit tal-ġranet ilu fuq il-portal tagħna ħabbarna li missierha marru għalih b’ambulanza wara li kien waqa’.
Illum Rebecca u l-familja tagħha tat l-aħħar tislima lil dan il-ġentlom! Rebecca kitbet, “Int dejjem ser tkun f’qalbi u f’moħħi. Grazzi tal-imħabba infinita tiegħek u tal-gwida li tajtni. Ser tkun ma’ ommi li int dejjem hekk xtaqt li tmur ħdejha! Ser nimmisjak u nħobkom it-tnejn sal-aħħar nifs ta’ ħajti”. Kliem mill-qalb minn Rebecca Dimech.
Kondoljanzi lill-familja kollha! Strieħ fi sliem Emmanuel!