“Ħbieb. Salvu Sciberras Ħalliena. Aħna L-Karkariżi Magħrufa Għat-Tqeghid Tal-Madum. Hu Kien Wieħed Mill-Aqwa!” – Edward Zammit Lewis

Il-Membru Parlamentari Edward Zammit Lewis kiteb messaġġ ta’ qsim ta’ qalb fuq il-paġna uffiċjali tiegħu. Dan kien messaġġ iddedikat lil Salvu Sciberras, karkariż li ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem.

Hu kiteb, “Ħbieb. Salvu Sciberras ħalliena. Aħna l-Karkariżi magħrufa għat-tqegħid tal-madum. Hu kien wieħed mill-aqwa! Ġentlom u bniedem iħobb il-familja.”

Kompla jispjega, “Dejjem tani pariri tal-ħajja tajba bil-kliem mirqum tiegħu. Strieħ fis-sliem Salv. Kondoljanzi lil uliedu u familjari, ħbieb kbar tiegħi u ta’ marti Elena.”

Bosta fil-kummenti wkoll offrew il-kondoljanzi tagħhom.

Inżommu lil Salvu Sciberras u kif ukoll il-familjari u l-ħbieb tiegħu fit-talb tagħna f’dan iż-żmien diffiċli. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Kondoljanzi.





Facebook / Edward Zammit Lewis



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI