Jekk int ġenitur jew nannu/a li ta’ spiss issib lilek innifsek tistaqsi kif il-midja soċjali qed taffettwa lil uliedna fil-ħajja ta’ kuljum. Il-Parlament qed jistiednek biex tingħaqad f’diskussjoni miftuħa dwar dan is-suġġett tant attwali.
Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u Ugwaljanza se jorganizza laqgħa ta’ diskussjoni pubblika nhar It-Tlieta, 29 ta’ Lulju 2025, fil-Venju 1902, Pembroke, li tibda fis-18:00.
Din hija opportunità għal ġenituri, nanniet, edukaturi u kull min għandu għal qalbu l-ġid tat-tfal biex jesprimu l-opinjoni tagħhom, jaqsmu esperjenzi u jisimgħu minn oħrajn dwar kif il-midja soċjali qed tinfluwenza l-iżvilupp emozzjonali u soċjali taż-żgħar.
Il-laqgħa tagħmel parti mill-inizjattiva Envision 2050, li għandha l-għan li tiġbor ideat dwar il-futur soċjali ta’ pajjiżna. Biex tipparteċipa, irreġistra sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Lulju fuq: reformsandequality@gov.mt
Ejja nisimgħu mingħand xulxin u nfasslu futur aħjar flimkien!