L-attivista Joanna Mallia kitbet dwar ferħ ta’ qattusa ċkejkna u gustuża li qed tfittex familja li lesta biex tagħtiha ħafna mħabba.
Joanna Mallia spjegat, “Belle, it-tifla b’għajnejn kbar u blu. Hi waħda ffortunata għax il-Ħadd li għadda xi ħadd raha għaddejja minn taħt karozza miexja imma għall-grazzja t’Alla ma ntlaqtitx mit-tires. Hi litteralment tfittex l-attenzjoni u tħobb ħafna l-bnedmin ifissduha u jgħannquha. Għandha madwar seba’ ġimgħat. Hemm xi ħadd li jixtieq jiftaħ qalbu għaliha u joffrilha dar?”
Għajnejha tassew huma sbieħ tant li tintilef tħares lejhom u juru biċ-ċar l-innoċenza tagħha u l-imħabba li għandha f’qalbha. Qisha bil-ħarsa ta’ wiċċha biss qed titlob lilna ngħinuha ssib il-familja li jixirqilha.
Facebook / Joanna Mallia