Aktar minn 2 tunnellati (2,400kg) ta’ żibel minn kull tip tneħħew mill-Bajja tal-Fekruna fix-Xemxija grazzi għal numru ta’ voluntiera li ngħaqdu flimkien biex isir ix-xogħol.
L-avveniment annwali organizzat mill-Fondazzjoni QLZH flimkien ma’ Żibel u appoġġjat minn Deloitte, Dr Juice, BezzDiving, Bolt u Gracy ra aktar minn 100 ambjentalist. Il-leġġenda lokali tal-għawm Neil Agius u l-għaddas ambjentali Raniero Borg kienu preżenti wkoll.
B’kollox ġew miġbura 2418.42kg ta’ skart matul il-ġurnata. Ara x’tip ta’ skart nġabar:
Plastik tal-Baħar 102.48kg
Ġenerali 341.36
Metall 1140kg
Tal-Art 72.7kg
Goff 345.6kg
40 Tajer 416.28kg
Nittamaw li dawn it-tip ta’ avvenimenti mhux talli jibqgħu isiru, talli jiżdiedu wkoll! Awguri lil kull min ħa sehem.
Facebook/Steve Mercieca