Issa Tista’ Tisma’ L-Kanzunetti Finalisti Kollha Tal-MJESC – Għandek Xi Favorita!?

Illum ġew ippubblikati t-tnax-il kanzunetta finalista li ser ikunu qed jieħdu sehem fid-19-il edizzjoni tal-Malta Junior Eurovision Song Contest fis-16 ta’ Ottubru li ġej. 

Is-sena l-oħra rebħet dan il-festival Chanel Monseigneur bil-kanzunetta “Chasing Sunsets”, miktuba minn Peter Borg, Aleandro Spiteri Monseigneur, Joe Roscoe u Emil Calleja Bayliss.

Imiss issa lil xi ħadd minn dawn il-kantanti biex jitla’ jirrappreżenta lil pajjiżna f’Pariġi fid-19 ta’ Diċembru li ġej.

Agħfas din il-link biex tkun tista’ tisma’ l-kanzunetti u ssegwi l-filmati tagħhom:

https://www.tvm.com.mt/mt/junior-eurovision/participants/ 

Nawguraw lill-parteċipanti kollha







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI