Bil-Filmat: "Ara Dik Int Mà!" – It-Tifla Ta' Jolene Tara 'Gizelle' L-Ewwel Darba

Lil Jolene Micallef ħafna jiftakruha bħala 'Peprina' fis-serje 'Gizelle'. Bħalissa 'Gizelle' qed jixxandar fuq ONE kull nhar ta' Tnejn filgħaxija. It-tifla ta' Jolene li issa għandha 6 snin u nofs, ma kinitx laħqet tara 'Gizelle' imma ftit ilu waqt li kienet qed tqalleb it-telviżjoni tara lil ommha tirreċta!  



"Das-sajf rat reklam u qaltli, dik inti Mà! Għedtilha 'Iva'" imma ma tantx irrakontatilha ħafna għax l-istorja mhiex tat-tfal! Jolene fuq Primetime tirrakonta l-fares li għamlitilha t-tifla tagħha. "Meta ħaditli l-make-up kollu! Bdiet tagħmel il-make-up ma' wiċċha u qabdet l-affarijiet iż-żgħar u daħlithom ġo xagħrha" tirrakonta Jolene. Għalkemm tipprova tirrabja, tispiċċa dejjem b'xi tbissima! Jolene tgħid li bħala tifla għandha karattru sod.

L-intervista kollha tista' ssegwi hawn:

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI