"Litteralment Nissagrifikaw Ħajjitna Biex Insalvaw Tagħhom…. M'Hemmx Mistrieħ U S-Saħħa Tagħna Dejjem Sejra Lura." – Miriam Borg Debrincat

Kitty Guardians For Stray qasmu post b’appell għall-pubbliku u jħeġġu biex dak li jkun ixerred fuq il-midja soċjali. Jeħtieġu l-appoġġ biex iqassmu l-ikel, jagħtu l-mediċini li hemm bżonn għal mijiet ta’ qtates f’kolonji differenti.

Bħalissa qed jieħdu ħsieb iktar minn 60 qattus. “Litteralment nissagrifikaw ħajjitna biex insalvaw tagħhom… m’hemmx mistrieħ u s-saħħa tagħna dejjem sejra lura. Fiżikament eżawriti u mentalment imtaqqla… imma nibqgħu għaddejjin għax dawn il-qtates m’għandhom lil ħadd ħliefna u lilkom li dejjem kontu ta sapport.”

Jaqsmu lista tal-ispejjeż li għandhomm bżonn bħal; erba’ operazzjonijiet urġenti (€500+), tinxtara provista ta’ ikel u mediċini (€1,800), titħallas il-kera €1,200, żewġ proċeduri dentali, amputazzjoni tad-denb, tneħħija ta’ kanċer mill-widna.



Kitty Guard 1



Dan apparti l-mijiet u eluf ta’ ewor li jridu jservu minħabba kura veterinarja, ikel u litter ta’ kuljum għal aktar minn 60 qattus,

Miriam tkompli, “Kull ikla, kull rokna kennija, kull operazzjoni u kura li ssalva ħajja … kollox grazzi GĦALIK. Int li dejjem tajt widen ta dak li nagħmlu ma’ dawn l-innoċenti. Ma nistgħux inwaqqfu din il-missjoni—għax jekk nagħmlu hekk, ħafna u ħafna qtates ser ibatu.”



Kitty Guard 2

Għal donazzjonijiet tista’ tibgħat permezz ta’;

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI