Il-preżentatur bravissimu u maħbub mill-poplu Malti u Għawdxi Brian Hansford dejjem ikun pront biex iħabbar l-aħħar aġġornamenti rigward is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. In-nies jidhru japprezzaw il-ħidma tiegħu biex jinfurma lill-pajjiż bl-aħjar mod u aktar meta ta’ spiss ixerred spirtu pożittiv bil-messaġġi tiegħu.
Illum Brian ħabbar aħbar pożittiva f’pajjiżna – dik li “8% tal-popolazzjoni Maltija ġiet imlaqqma.” Ejjew nimxu b’dan l-ispirtu pożittiv. Mhix sitwazzjoni faċli xejn iżda hemm bżonn inżommu moral għoli. Grazzi Brian ta’ kemm qed ixxerred kuraġġ u tama fostna!