Wara inċident li seħħ lil tfajjel ta’ għaxar snin jismu Kierin, il-parroċċa taż-Żebbuġ qed toffri mezz ta’ kif wieħed jista’ jgħin lil dan iċ-ċkejken u lill-familja tiegħu.
Il-parroċċa kitbet, “Għadda xahar minn meta nħsadna bil-ġrajja ta’ Kierin. It-tifel qed jagħmel progress f’saħħtu. Grazzi Mulej u Santa Marija! Triq twila, iżda hemm it-tama! It-talb u s-solidarjeta’ tagħna ma’ Kierin ma jieqfux. Tinsiex qabel torqod kuljum itlob talba għalih!”
Huma komplew, “Bosta, anke dawk li m’humiex miż-Żebbuġ, qed jistaqsuni kif jistgħu jkunu ta’ għajnuna għal Kierin u l-familja.”
It-talba tagħha kienet, “Kierin għandu bżonn l-akkumpanjament tal-ġenituri tiegħu 24 siegħa kuljum. Il-parroċċa tagħna qed tieħu l-inizjattiva u tipproponi mezz kif nistgħu ngħinuhom. Min jaħdem fiċ-ċivil jista’ joffri xi sigħat ta’ leave lill-ġenituri biex ikunu jistgħu jibqgħu ħdejn Kierin, inkunu ngħinuhom fil-manteniment tal-familja.”
Jekk tafu kif tistgħu tgħinu lil din il-familja, il-parroċċa talbet li tikkuntatjaw lill-Arċipriet Dun Ġwann Sultana fuq in-numru 9982 6350.
Facebook / Żebbuġ Gozo Parish