Il-preżentatriċi u żeffiena lokali Celaine Buhagiar Bugeja kitbet messaġġ mill-qalb għal persuna speċjali li llum qed tagħlaq sninha – l-għażiża ommha. Qasmet erba’ kelmiet ta’ gratitudni u mħabba, kif ukoll ritratti flimkien ma’ ommha.
“Illum niċċelebraw lilek Ma. M’għandix kliem biex ngħidlek kemm tfisser f’ħajti, f’kull fażi tagħha, li dejjem kont hemm preżenti, biex tisma’, tgħin u tagħti parir siewi… Inħobbuk immens,” tikteb Celaine.
Celaine tirringrazzja lill-għażiża ommha ta’ kemm dejjem tisma’ u tagħti pariri siewja. Nawgurawlha ħafna affarijiet sbieħ illum f’għeluq sninha u dejjem!